Posts

Showing posts from October, 2017

Halloween

Image
Xi ħadd staqsieni: 'X'hemm ħażin li nħalli t-tfal tiegħi jieħdu naqra gost u jiddevertu f'Halloween?' Ejja naħsbu ftit fuq din il-mistoqsija. Oriġini Pagana Halloween jaħbat lejlet l-ewwel ta’ Novembru, ‘Jum l-Qaddisin Kollha’ fit-tradizzjoni Kattolika. Infatti l-kelma ‘Halloween’ ġejja minn ‘All Saints Eve’ jew ‘All Hallows Eve’ (‘hallow’ hi kelma qadima li tfisser ‘saint’). Halloween joriġina fis-superstizzjonijiet pagani fl-Irlanda, kif ukoll fit-tradizzjonijiet kattoliċi bikrin intenzjonati biex jieħdu post il-festa pagana. Halloween Illum Halloween qed isir aktar popolari f’pajjiżna, anki minħabba interessi kummerċjali. Ħafna ġenituri jħallu lil uliedhom jilbsu maskri u kostumi makabri, u jmorru minn dar għal dar ‘trick or treat’. Ngħid il-verità ma nifhimx kif nista’ niċċelebra dak li minnu nnifsu huwa ikrah u makabru, u wisq anqas ix-xitan, l-iħirsa, l-iskeletri u l-mewt. Ejja nammettu li dawn m’humiex affarijiet sbieħ. Forsi niżżufjettaw bihom biex nostru

It-Teżor tal-Knisja

Image
Ħames mitt sena ilu l-patri Agostinjan, Martin Luteru, waħħal dokument magħruf bħala l-95 Teżi, mal-bieb tal-knisja ta’ Wittenberg, il-Ġermanja. Kienet stedina għal diskussjoni dwar it-tagħlim u l-prattika tal-knisja, speċjalment dwar l-indulġenzi. F’dak iż-żmien patri ieħor, Johann Tetzel, kien qed idur f’dawk l-inħawi jiprietka fuq l-indulgenzi. Kien qed jistieden in-nies jiksbu ittri ta’ indulġenzi biex tinħafrilhom il-piena ta’ dnubiethom, u b’hekk jiffrankaw it-torment tal-purgatorju. Il-knisja kapaċi tagħti dawn l-indulġenzi, qalilhom, għax għandha l-awtorità tapplika t-teżor tal-merti ta’ Kristu u l-qaddisin. Luteru kien inkwetat dwar dan kollu. Kiteb il-95 Teżi biex isejjaħ il-knisja lura lejn it-tagħlim tal-Iskrittura. Waħda mit-teżijiet kienet tgħid hekk: "It-teżor veru tal-knisja hu l-Evanġelju Mqaddes tal-glorja u l-grazzja t’Alla." X’għandha l-knisja ta’ valur uniku? Mhux ir-rikkezzi materjali – il-katedrali u knejjes kbar, bl-opri tal-arti u dehbijiet. Dawn k