It-Titli tal-Papa


Jiena nemmen f’Alla l-Missier—hekk nistqarru fil-Kredu tal-Appostli. Ġesù wissiena biex ma nsejħu lil ħadd Missier fuq l-art, għax wieħed hu Missierna, li qiegħed fis-smewwiet (Mattew 23:9). Ġesù indirrizzah bit-titlu uniku, “Missier qaddis” (Ġwanni 17:11; 17:25). Aħna l-Insara għandna l-privileġġ li nsejħulu wkoll, “Missierna li inti fis-smewwiet” (Mattew 6:9).

Għaldaqstant mhux sewwa li l-kap tal-Knisja Kattolika jissejjaħ "il-Papa” (il-Missier) u saħansitra “Holy Father”.

Fil-Kredu nistqarru wkoll il-fidi tagħna fil-Mulej Ġesù. L-Iskrittura tagħtih dawn it-titlu uniċi:
  • Il-Medjatur bejn Alla u l-bniedem (1 Timotju 2:5).
  • Ir-Ras tal-Knisja li kisibha b’demmu stess (Efesin 5:23).
  • Ir-Ragħaj il-Kbir (1 Pietru 5:4).
Għal darba oħra, l-Isqof ta’ Ruma huwa magħruf b'dawn it-titli kollha—jissejjaħ Supreme Pontiff (il-medjatur), ir-ras tal-knisja universali, u saħansitra  ir-ragħaj il-kbir tal-Knisja (Katekiżmu, 837, 857).

Finalment, fil-Kredu nistqarru l-fidi tagħna fl-Ispirtu s-Santu. Lejlet li bata Ġesù wiegħed lid-dixxipli li jibgħatilhom l-lspirtu s-Santu biex jieħu postu (Ġwanni 14:16-17, 16:7).  Din il-wegħda seħħet f’Pentekoste. L-Ispirtu s-Santu huwa l-vigarju — ir-rappreżentant perfett ta’ Kristu għall-knisja tiegħu fuq l-art.

It-titlu tal-Isqof ta’ Ruma bħala l-Vigarju ta’ Kristu, jixraq biss lill-Ispirtu s-Santu, jixraq biss lill-Ispirtu s-Santu.

Għaldaqstant l-Insara messhom iżommu sodi mal-istqarrija tal-fidi tagħhom f’Alla — il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu—u ma jsejħu lil ħadd b'titli divini għajr 'l Alla, is-Salvatur tagħhom!

Popular posts from this blog

Mewta tajba

Aħjar minn Indulġenza Plenarja

L-Indulġenzi