Illejla ġej għandek
L-għalliema tas-Sunday School kienet qed tirrakkonta l-istorja ta’ Żakkew, ir-raġel qsajjar li tela’ fuq siġra biex ikun jista’ jara lill-Mulej.
“Ġesù qal lil Żakkew biex jinżel mis-siġra għax ried imur id-dar tiegħu,” qaltilhom. “Kieku intom x’kontu tgħidulu?” kompliet tistaqsihom.
It-tifel tiegħi, John, weġibha, “Ngħidlu, ejja nurik fejn hi d-dar tagħna u ibqa’ magħna għal dejjem ta’ dejjem.”
“Taf li tista’ tgħidlu jiġi ġo qalbek,” qaltlu, “u jgħix miegħek għal dejjem?”
Il-Mulej Ġesù għadu jistieden lilu nnifsu biex jidħol f’ħajjitna. Hi ħasra li tant nies jinjorawh u jagħlqulu l-bieb. Imma għaliex? Għaliex ma jilqgħuhx f’qalbhom?
Dawn huma xi wħud mir-raġunijiet li ħsibt fihom:
Ta’ min tistaqsi, “Ilqajtu f’qalbi lil Ġesù biex isalvani, jiggverna fuqi, u biex ikun il-ferħ u l-iskop ta’ ħajti għal dejjem?”

- Jaħsbu li huma tajbin biżżejjed u għalhekk m’għandhomx bżonn salvatur. M’għandhomx bżonn min “isibhom” ladarba m’humiex mitlufa - jew għallanqas hekk jimmaġinaw.
- Lill-Mulej ifittxuh biss meta jkollhom bżonnu, f’xi mard jew xi kriżi oħra, imma mill-bqija jgħaddu mingħajru.
- Ma jilqgħuhx għax m’għandhom ebda xewqa li bħal Żakkew jitilqu d-dnub u jibdew jgħixu skond il-kmandamenti tiegħu. Ma jriduhx ikun is-Sid u l-Mexxej tagħhom.
- Oħrajn għandhom wisq x’jagħmlu, x’jistudjaw, x’jiddevertu; għalihom Kristu mhux fuq nett fuq il-lista ta’ prijoritajiet. Inħallu għall-għada ... u għada ma jasal qatt.
- Xi wħud jibżgħu li tal-familja jew s-soċjetà twarrabhom u tidħaq bihom. Iridu jibqgħu jinġiebu minn kulħadd, anke akkost li jħallu barra lil Kristu.
Ta’ min tistaqsi, “Ilqajtu f’qalbi lil Ġesù biex isalvani, jiggverna fuqi, u biex ikun il-ferħ u l-iskop ta’ ħajti għal dejjem?”