3. Mara, hawn hu Ibnek



Is-Seba' Kelmiet minn fuq is-Salib: It-Tielet Kelma

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: ‘Mara, hawn hu ibnek.’ Mbagħad qal lid-dixxiplu: ‘Hawn hi ommok.’ U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu (Ġwanni 19:25-27).

Min jaf kemm sofrew il-ħbieb ta’ Ġesù jarawh f’agunija, imma l-aktar fosthom Marija, il-mara li ġabitu fid-dinja u rabbietu. Ħadd ma kien jaf lil Ġesù bħalma kienet tafu hi, kemm kien ħanin, ġust u twajjeb. Kienet hemm ħdejn is-salib, tara lil binha miċħud, redikolat u batut, b’ruħha minfuda b’sejf, kif kien ħabbar ħafna snin qabel Xmun meta ħa f’idejh it-tarbija Ġesù. Is-Salvatur tagħna lemaħ lil ommu, u minkejja t-tbatija li kien għaddej minna hu, ftakar fiha. Ried li ommu jkollha min jieħu ħsiebha wara t-tluq tiegħu. ‘Mara, hawn hu ibnek,’ qalilha, fi kliem ieħor, se nħallik f’idejn id-dixxipli li nħobb, se jkun għalik iben sabiex jieħu ħsiebek; u lil Ġwanni qallu, ‘Hawn hi ommok,’ jiġifieri, ħu ħsiebha bħallikieku kienet ommok. Hekk għamel; dakinhar ħadha għandu.

Missier, għallimna mill-eżempju li tana Ġesù fl-ubbidjenza għall-kmandament biex inweġġħu lill-ġenituri tagħna. Għalkemm kien f’agunija waqt li kien qed iġorr fuqu d-dnubiet tagħna, Ġesù ħaseb għal ommu. Lil dawk minna li għandhom ġenituri ħajjin, agħtina, Missier, li nieħdu ħsiebhom b’għożża u bil-qalb, u nqisu din il-ħidma bħala parti mill-qima tagħna lejk, kif tassew hi.

Popular posts from this blog

Mewta tajba

L-aħħar 24 siegħa ta' ħajti

L-Indulġenzi