Iġeddu saħħithom



L-Iskrittura tagħtina kuraġġ meta nħossuna magħfusin u bla saħħa.

'Jinkeddu wkoll it-tfal u jegħjew, u jogħtru ż-żgħażagħ u jaqgħu għalkollox, iżda dawk li jittamaw fil-Mulej iġeddu saħħithom; jittajru bil-ġwienaħ bħal ajkli, jiġru u ma jegħjewx, jimxu u ma jinkeddux' (Isaija 40:30-31).

Il-Mulej jaf id-dgħufija tagħna. Saħansitra t-tfal u ż-żgħażagħ, li fost il-bnedmin huma l-aktar b’saħħithom, jegħjew u jaqgħu. Mhux kollha nistgħu ngħidu li kien hemm żminijiet meta għajjejna fil-mixja ta’ ħajjitna? Forsi illum stess tametti, ’Tassew, bħalissa nħossni għajjejt u qtajt qalbi.’

Il-Mulej jistieden lilna li nħossuna mitluqa u magħfusin biex nfittxu u nistennew l-għajnuna tiegħu u nittamaw fih. Ejja nirrikorru għand il-Mulej omnipotenti; għand il-Mulej li miet biex jeħlisna mit-toqol tad-dnub; għand il-Mulej li qam rebbieħ u qed isaltan fil-glorja; għand il-Mulej li wegħdna li għad jirritorna u jeħodna miegħu. Ejjew nittamaw fih.

Lilna li nafdaw fih, il-Mulej iwegħdna li jġeddilna saħħitna. Qlubna, bħal ajkla, jittajru lejn is-sema. Isaħħilna riġlejna sabiex nibqgħu mexjin, minkejja l-ostakli u l-inkwiet, u ntemmu l-vjaġġ tagħna b’suċċess.