Seba’ Kelmiet ta’ Ġesù għall-Gwida Tiegħek



Meta tafda fih, Kristu jeħilsek mill-ħtija u l-jasar tad-dnub bid-demm tas-salib. Bil-kliem mlissen minn fuq is-salib, Kristu jgħallmek kif tgħix u tmut ħieles.

Isma’ sewwa, nitolbok, is-seba’ kelmiet tal-Imgħallem sabiex jiggwidawk fil-mixja tiegħek.
  1. “Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’qegħdin jagħmlu.” Ġesù ma kellu xejn f’qalbu għajr ħniena u mogħdrija anke għall-għedewwa tiegħu. Tgħallem għix bħalu, ħieles mill-qrusa u l-mibgħeda, u ħalli qalbek tfur bit-tjieba u l-ġenerosità lejn kulħadd, anke lejn dawk li jagħmlulek il-ħsara.
  2. “Għandi l-għatx.” Ġesù esprima l-bżonnijiet fiżiċi peress li hu bniedem tad-demm u l-laħam bħalna. Tawh jixrob il-ħall. Huwa sewwa li tfittex solliev fit-tbatijiet bħalma għamel hu.
  3. “Mara, ara, ibnek!” Ġesù wettaq dmiru ta' iben lejn ommu, issa armla mdaħħla fiż-żmien. Ħalliha fl-idejn tajba ta’ Ġwanni. Inti wkoll ara li tieħu ħsieb u tipprovdi għall-għeżież tiegħek.
  4. “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?” Fid-dalma u s-solituni Ġesù għajjat ’l Alla tiegħu. Sejjaħ ismu inti wkoll meta t-toqol u s-swied jifnuk.
  5. “Tassew ngħidlek, illum se tkun miegħi fil-ġenna.” Għall-ferħ imqiegħed quddiemu, Ġesù sofra s-salib bis-sabar. Ħalli t-tama tqawwik matul il-vjaġġ. Meta tagħlaq għajnejk fit-tmiem tistenbaħ fid-dawl u l-ġmiel fil-ġnien ta’ Sidek.
  6. “Kollox mitmum!” Din kelma trijonfanti! Ġesù wettaqt fis-sħiħ ir-rieda tal-Missier anke meta kienet iebsa; issa kien imiss t-tgawdija. Id-dixxipli tiegħu jterrqu l-istess mogħdija u jaslu fl-istess destinazzjoni. Illum il-waqt tiegħek li tistinka u taħdem bil-qalb għall-Mulej. Alla mhux se jinsa l-għemejjel tal-imħabba tiegħek.
  7. “Missier, f’idejk nikkommetti l-ispirtu tiegħi.” Ġesù miet bħalma għix — b’fiduċja sħiħa fil-Missier. Tlett ijiem wara Alla tah raġun billi qajmu minn bejn l-imwiet. Segwi l-Imgħallem tiegħek, għix sal-aħħar nifs b’fiduċja sħiħa f’Alla. Ħalli f’idejh u żgur ma tkunx iddiżappuntat.
Jalla kliem il-Mulej jinkoraġġik sabiex bħalu inti wkoll tgħix bil-ħniena lejn kulħadd, b’għożża lejn niesek, fit-tama tal-glorja, u b’fedeltà u b’fiduċja sħiħa f’Alla l-Missier.