Ħolqien Ġdid


Jekk inti Kristjan ġenwin, l-Iskrittura tgħid li inti “fi Kristu.”

"Għalhekk, jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħolqien ġdid; il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda" (2 Korintin 5:14).

Mhux dejjem kont fih; kien hemm żmien meta kont mingħajr Kristu. Imma meta sejjaħlek bl-evanġelju, Alla daħħlek fi Kristu u għaqqdek miegħu. Dakinhar int sirt ħolqien ġdida! “Il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda.”
  • Il-qalb ġeblija ta’ qabel tneħħietlek; issa għandek qalb ġdida.
  • Qabel kont mejjet fi dnubietek; issa fi Kristu għandek ħajja ġdida.
  • Qabel kont għadu t’Alla; issa rikonċiljat bid-demm tas-salib.
  • Qabel kont bogħod minn Alla; issa qrib tiegħu.
  • Qabel kont barrani; issa ta’ ġewwa, int it-tifel jew it-tifla addotta tiegħu.
  • Qabel kont bla tama; issa għandek tama li saħanistra l-ġisem mortali tiegħek għad jitqajjem glorjuż fl-aħħar jum.
  • Qabel il-Bibbja kienet ktieb magħluq; illum titgħaxxaq bit-tagħlim tal-Iskrittura.
  • Qabel kont tfittex il-ħażen; issa tistkerrħu u tindem minnu.
  • Qabel ir-rieda tiegħek kienet imjassra għad-dnub; issa int ħieles u minn qalbek trid tobdi l-liġi t’Alla.
  • Qabel Ġesù kien biss figura reliġjuża; illum hu l-maħbub ta’ ruħek.
  • Qabel is-salib ma kien ifisser xejn għalik; issa ma tiftaħar b’xejn ħlief bis-salib ta’ Kristu.
U dawn kollha, u aktar, huma minn Alla, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Ħa jkun imfaħħar Alla għall-ħolqien ġdid li ħadem fina.