Il-ħajja fraġli u prezzjuża


Meta kellu ħames snin, it-tifel staqsiena darbtejn dwar il-mewt. Lili staqsieni jekk it-tfal imorrux għand Ġesù, jiġifieri jekk imutux. Mingħand ommu ried ikun jaf x'isir minnu u minn ħutu jekk aħna, il-ġenituri, immorru għand Ġesù. John sar konxju tal-mortalità.

Ħafna nies jinjoraw din ir-realtà; jgħixu bħallikieku se jibqgħu hawn għal dejjem.

Mhux aħjar inkunu onesti? Is-snin jgerbu u jgħaddu bħal żiffa riħ. Għalhekk għandna nitolbu, fi kliem is-Salmista, "għallimna ngħoddu l-jiem ta’ ħajjitna." Għallimna Mulej napprezzew kull ġurnata li jogħġbok issellifna. Illum huwa l-mument – għada jista' jkun tard wisq – li ngawdu u nħobbu lill-għeżież tagħna, u li nagħmlu l-ġid. Il-ħajja hi tant fraġli, sabiħa u prezzjuża!

Dan mhux kollox. Il-Mulej Ġesù Kristu jagħtina perspettiva eterna. Meta kien qed jersaq lejn tmiem il-vjaġġ tiegħu, l-appostlu Pawlu ħares ’il quddiem b’antiċipazzjoni ta’ ħajja isbaħ. Kien jixtieq jitlaq u jkun ma’ Kristu, li hu wisq aħjar. Din hi t-tama ta’ kull min jemmen fih. Għax Kristu rebaħ fuq il-mewt. Għax hu ħaj għal dejjem ta' dejjem.