Inwegħdek li nħobbok u ngħożżok


Ir-relazzjoni tagħna ma’ Kristu hi mxebbħa fl-Iskrittura mal-patt taż-żwieġ. Ġesù jirreferi għall-għaqda pattwali tiegħu mad-dixxipli meta waqqaf l-Ikla, “dan hu demmi tal-patt il-ġdid.”(1) Il-Bibbja ssejjaħ lil Kristu bħala r-raġel tagħna, u lilna bħala l-għarusa tiegħu.(2)

Bħalma jsir fil-patt taż-żwieġ, il-Mulej għamlilna wegħdi prezzjużi. “Ara, jien dejjem magħkom, sa tmiem id-dinja… Ma nħallik qatt, u lanqas nitilqek… Iva, jien inħobbok b’imħabba ta’ dejjem: għalhekk jien komplejt inżomm għalik il-fedeltà tiegħi.”(3)

Bħallikieku, bħal fir-rit tat-tieġ, Ġesù jwiegħed lilna li nafdaw fih u nħobbuh, “Jiena nieħu lilek bħala marti, fit-tajjeb u fil-ħażin, fl-għana u fil-faqar, fil-mard u fis-saħħa, u nwegħdek li nħobbok u ngħożżok…” Biss Ġesù ma jgħidx, “Sakemm il-mewt tifridna,” anżi minflok jgħid, “Għax il-mewt tiegħi fuq is-salib tgħaqqadna għal dejjem flimkien.”

Ħija, oħti, fejn tinsab illum fil-mixja tiegħek? Fit-tajjeb, fil-ħażin, fl-għana, fil-faqar, fis-saħħa, fil-mard? Huma x’inhuma ċ-ċirkostanti li għaddej minnhom, ftakar il-kelma tal-Maħbub tiegħek. Hu jibqa’ fidil lejk: Ġesù jinsab miegħek illum; inti għażiż għalih, Ġesù jħobbok!

Għalhekk agħmel kuraġġ, irringrazzjah għall-fedeltà tiegħu, u tenni inti wkoll il-wegħdi tiegħek, “Sidi Ġesù, jien solennament naħlef li nħobbok u ngħożżok għal dejjem.”

Referenzi:
(1) Mattew 26:28.
(2) Ara: Efesin 5:24–27, 2 Korintin 11:2; Rivelazzjoni 19:7–9; 21:1-2.
(3) Mattew 28:20; Lhud 13:5; Ġerimija 31:3.