Is-sliem fil-maltemp


Immur għand artist u ngħidlu, ‘Nixtieqek tagħmilli pittura tal-baħar li turi l-paċi u s-sliem.’

Ftit ġimgħat wara jċempilli u jinformi li lesta. Immur naraha. Nistenna li nara xena trankwilla, ta’ sema sabiħ u baħar bnazzi. Imma le, il-pittura turi sema griż u tqil, baħar imqalleb, u fanal tal-port, lighthouse, kważi mirdum b’mewġ għoli jibla’ l-art.

Sorpiż, ngħidlu, ‘Naħseb li fhimtni ħażin; jien xtaqt pittura li turi l-paċi, mhux maltempata!’

‘Iva, ħabib,’ jweġibni hu, ‘din ix-xena turi l-paċi, kif xtaqt inti. Minkejja li l-maltempt fuq barra, ġewwa l-lighthouse hemm il-paċi u sigurtà.’

L-istess qalilna Ġesù waqt l-aħħar ċena. ‘Għidtilkom dawn il-ħwejjeġ sabiex fija jkollkom is-sliem. Fid-dinja għandkom it-tribulazzjoni, iżda agħmlu kuraġġ; jien għelibt id-dinja.’

Ġesù jsemmi s-sliem u t-tribulażżjoni fl-istess nifs. Fid-dinja, qalilna, għandna t-tribulazzjoni u l-inkwiet. Ma wegħdniex trankwilità u bnazzi f’din il-ħajja. Madankollu, xorta waħda nistgħu ngawdu s-sliem u s-siġurtà. ‘Fija,’ qalilna, ‘jkollkom is-sliem.’ Bħall-lighhouse, Ġesù jagħtina l-paċi u jħarisna mill-maltemp qalil madwarna. Ejja mela nidħlu u nistkennu fih.

U fl-aħħar taż-żminijiet, kif jasal il-jum tal-biża meta Alla jsawwab l-korla tiegħu fuq l-umanità midinba, lilna li nemmnu f’ismu, li ninsabu moħbija fih, lilna jeħlisna mill-għadab li ġej, u jdaħħalna fis-saltna ta’ ġustiżza u paċi dejjiema.