Għażliet


Il-bniedem jaf ikun kelb tiegħu nnifsu.

Kulħadd jixtieq ikun ħieni, u għalhekk jagħmel għażliet bl-intenzzjoni li jimxi ’l quddiem. Ħadd ma jieħu deċiżjonijiet bil-ħsieb li jweġġa’ lilu nnifsu! Imma ta’ spiss, l-għażliet li nagħmlu jwasslu għall-baħħ u skoss tbatija.

Il-mewta traġika ta’ Liam Payne ta’ One Direction ġegħlitni naħseb. Dan ir-raġel kellu kollox! Kellu ġid u flus bir-radam, kellu s-saħħa taż-żgħożija, suċċess u popolarità, mużika, tfajliet, u divertiment kemm irid. Imma milli jidher ma kellux kuntentizza f’qalbu. Lanqas l-alkoħol u d-drogi ma mlew il-vojt ta’ ruħu.

Din l-istorja hi ripetuta miljun darba, u forsi jien u int qed nagħmlu l-istess żball. Isma’ x’jgħid Alla fuq hekk: “Il-popli tiegħi għamel żewġ ħtijiet: telqu lili, għajn ta’ ilma ġieri, u ħaffru għalihom bjar, bjar imxaqqin li ma jżommux ilma” (Ġer.2:13).

Alla li ħalaqna u li qed iżommna ħajjin iridilna l-ġid. Imma aħna ninjorawh u nitwarrbu minnu, l-għajn tal-ferħ u l-ħajja, għax mingħalina li għal rasna se nkunu aħjar. Xi żball doppju!

Darba minnhom, Ġesù qam u għajjat, “Jekk xi ħadd għandu l-għatx, ħa jiġi għandi u jixrob” (Ġw.7:37). L-istedina tiegħu għada tidwi sal-lum.

X’se twieġbu, ħabib? Se tkompli tfannad il-bir imxaqqaq tiegħek, u tibqa’ bil-għatx? Jew se tmur għand il-Mulej Ġesù, tixrob u tissodisfa ruħek?

Popular posts from this blog

Mewta tajba

Aħjar minn Indulġenza Plenarja

L-Indulġenzi