Ferħ Intelliġenti

Leo Tolstoy kien wieħed mill-akbar kittieba ta’ kull żmien. Kien famuż, għani, kellu familja tajba u mogħni b’talenti straordinarji. Kiseb dak li ħafna nies lanqas biss joħolmu bih.
Madankollu, f’nofs ħajtu, Tolstoy waqa’ f’disperazzjoni kbira. Għaliex?
Beda jaħseb bis-serjetà dwar il-ħajja u l-mewt. Kien jemmen li bil-mewt jispiċċa kollox. Għalhekk beda jistaqsi lilu nnifsu: X’jiswew is-suċċessi tiegħi, il-ġid, il-fama, u saħansitra l-familja, jekk illum jew għada lkoll se mmutu, u kollox jispiċċa fix-xejn?
Aktar ma kien jaħseb dwar l-implikazzjonijiet ta’ twemminu, aktar kien jinfena bid-dwejjaq. Fil-ktieb tiegħu Stqarrija,
Tawh parir biex ma joqgħodx jaħseb wisq dwar il-ħajja: Żomm ruħek okkupat. Ħu gost. Sib xi ħaġa biex taljenak. Aħseb inqas, u għix.
Tolstoy ma setax iġerraħ din l-inkonsistenza. Kiteb, “Il-bniedem jista’ jibqa’ jgħix biss sakemm ikun fis-sakra bil-ħajja; malli jiġi f’sensih, ma jistax ma jarax li kollox hu frugħa — frugħa bla sens!”
Kemm hi differenti l-fidi Nisranija!
Il-ferħ u l-paċi tagħna ma jiddependux fuq li naħsbu inqas dwar dak li nemmnu, imma li naħsbu aktar dwaru.
“Int iżżommu fis-sliem perfett,” jgħid il-profeta Isaija, “lil min moħħu hu mistrieħ fuqek, għax fik jafda” (Isaija 26:3).
U f’nofs it-tbatijiet tiegħu, Ġeremija stqarr:
“Imma dan inġib f’moħħi, u għalhekk għandi t-tama” (Lamentazzjonijiet 3:21).
X’kien dak li ħaseb fiħ? L-imħabba soda ta’ Alla, il-ħniena tiegħu li ma tonqos qatt, u l-fedeltà kbira tiegħu.
Lin-nies sekulari, il-pjaċiri tad-dinja, bħas-sokor, jaljenawhom mill-frugħa tal-eżistenza tagħhom. Imma l-ferħ tan-Nisrani mhuwiex ferħ bla ħsieb. Hu ferħ imsejjes fuq il-verità, ferħ li jissaħħaħ aktar ma nifhmu u nemmnu l-wegħdi t’Alla.
Mela, konna midinbin ħatja, ħaqqna l-ġudizzju ta’ Alla, imma bis-sagrifiċċju ta’ Kristu dnubietna nħafrulna. Konna għedewwa ta’ Alla, imma issa għandna s-sliem miegħu. Konna barranin, imma Alla adottana bħala wliedu maħbubin.
U naħsbu wkoll dwar il-futur tagħna! Il-mewt mhijiex it-tmiem. Is-Salvatur tagħna rebaħ fuq il-mewt. Lilna se jqajjimna mill-mewt, u se nkunu miegħu għal dejjem, f’dinja fejn ma jkunx hemm aktar dnub, tbatija, niket jew mewt.
Ħuti, meta l-ferħ tagħna jibda jonqos, ejjew nerġgħu naħsbu, aktar u aktar! Ejjew indawru ħsibijietna lejn il-veritajiet meraviljużi tal-evanġelju. Niftakru min hu Alla, x’għamel Kristu għalina, u l-wegħdiet sbieħ tiegħu.
M’għandniex għalfejn ninsew ir-realtà biex inkunu ferħanin. Għall-kuntrarju, għandna niftakru fl-akbar realtà: Ġesù jħobbna, miet għalina, qam mill-mewt, u għad narawh u nkunu miegħu!
Ejjew, mela, niftakru fih, nifirħu bih ... u ngħixu għalih.