Posts

Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek

Image
Immaġina x-xena. Koppja żagħżugħa daħlu fit-tempju bl-ewwel tarbija tagħhom biex jiddedikawh ‘l Alla. Jiltaqa’ magħhom raġel xwejjaħ jismu Xmun. Ħa t-tifel f’idejh u talab ‘l Alla. “Issa, o Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont kelmtek.” Fi kliem ieħor: Dak li wegħdtni, xtaqt u stennejt matul ħajti, sa fl-aħħar ksibtu. Ma fadallix x’nagħmel aktar fid-dinja; issa lest biex nitlaq! Imma, nistaqsu, x’kien wegħdu Alla? Xmun stess iwieġeb, “għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt għall-popli kollha, dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael” (Luqa 2:29-32). Xmun kien kuntent u sodisfatt għax ra s-salvazzjoni li Alla pprovda għal kulħadd, Lhud u Ġentili. Ma qalx, “għajnejja raw is-Salvatur”, imma, “għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek”. Fit-tarbija Ġesù, Xmun lemaħ u għaraf is-salvazzjoni t’Alla. Is-salvazzjoni mhix oġġett, xi ħaġa; mhix biss azzjoni li għamel magħna Alla. Is-salvazzjoni t’Alla hi persuna. Is-salvazzj...

Nagħtikom is-Sliem Tiegħi

Image
Il-paċi li jagħtina Kristu hi ġenwina u tibqa’; il-paċi tad-dinja hi superfiċjali u ma sservix. Ġesù ma ġiex fid-dinja biex iġib paċi politika bejn il-ġnus. Minkejja l-isforzi kollha l-bnedmin jibqgħu ma jsibux paċi dejjiema bejniethom. Id-dinja li tiċħad lil Prinċep tal-paċi hi destinata li tgħix mingħajr paċi. Ġwerer kien hawn, gwerer hawn issa, u ġwerer se jibqa’ jkun hawn sal-aħħar. Ibda bil-ġlied bejn il-membri tal-istess familja u spiċċa fil-gwerer bejn il-ġnus, il-konflitti mhux se jonqsu sakemm f’qalb il-bniedem jibqgħu jirrenjaw il-ħażen, l-għira u l-mibgħeda. Id-dixxipli ta’ Kristu m’humiex esenti minn dan l-inkwiet. Sikwit jinqabdu fil-ġlied madwarhom għalkemm huma jagħmlu minn kollox biex jgħixu fil-paċi ma kulħadd. Mhux biss, huma jlaqqtu fuq rashom aktar minn ħaddieħor minħabba l-lealtà tagħhom lejn Kristu. Hekk kif id-dinja ma laqgħetx ‘l Iben t’Alla meta ġie fostna, l-istess tagħmel lid-dixxipli tiegħu. Avolja m’għamel xejn għajr ġid lil għajru, Kristu kien mwarra...

Il-Mulej Ġesù u Jien

Image
“Min jgħidu n-nies illi jien, Bin il-bniedem, jien?” (Mt 16:13). Meta Ġesù staqsa din il-mistoqsija, l-appostli wieġbuh li n-nies kienu jemmnu li hu profeti. Illum ukoll ħafna jqisuh bħala għalliem reliġjuż kbir. Madankollu Ġesù ma jilqax 'tifħir' bħal dan. “Iżda intom,” sfida lid-dixxipli u lil dawk li jsejħu lilhom infushom Kristjani, “min tgħidu li jien?” (Mt 16:15). Ħaddieħor għandu opinjoni fqira  tiegħu iżda int x’taħseb fuqu? Ħabib, qatt staqsejt bis-serjetà min hu Ġesù ta’ Nażaret u x’sinifikat għandu għal ħajtek? Id-destin tiegħek jiddependi fuq it-tweġiba u r-relazzjoni tiegħek miegħu. Il-Bibbja twissina li “dak li jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem, u dak li ma jemminx fl-Iben ma jarax il-ħajja, iżda għadab Alla jgħammar fuqu” (Ġw 3:36). Għalhekk inħeġġek taqra b’attenzjoni u b’attitudni ta’ talb dan l-ktejjeb li jiġbor fil-qosor it-tagħlim tal-Bibbja dwar il-Mulej Ġesù Kristu, għax l-Iskrittura, qal hu, “tagħti xhieda tiegħi” (Ġw 5:39). Jalla din...

Jien Nagħżel il-Ħajja

Image
  Aħna l-bnedmin għandna l-privileġġ uniku li konna maħluqin “fix-xbieha t’Alla.” Ilkoll nġorru fina l-immaġini tal-Ħallieq tagħna! Għaldaqstant aħna missna nirrispettaw lil xulxin. Dan huwa l-mod ewlieni kif inħobbu ‘l Alla li ma narawx – billi nħobbu lill-bnedmin li naraw, maħluqin fuq xbieha tiegħu. Mhux biss. Jien nirrabja u nieħu fastidju jekk xi ħadd jaqbad ritratt ta’ marti, jobżoq fuqu u jqattgħu biċċiet. Hekk ukoll, jekk xi ħadd jittratta ħażin bniedem ieħor, jagħmillu l-ħsara jew saħansitra joqtlu, Alla jqis għaġir bħal dan bħala sfida kontra tiegħu! Jekk mela aħna nħobbu Alla irridu nkunu wkoll favur il-ħajja umana - mill-bidu sa tmiemha, mill-konċepiment sal-mewt naturali. X’ifisser tkun favur il-ħajja? L-ewwelnett li tgawdi d-don tal-ħajja mogħti lilek mill-Mulej. Minkejja li l-inkwiet u t-tbatijiet ma jonqsux f’din id-dinja, ejja nitgħallmu nifirħu b’dak kollu li hu sabiħ u tajjeb, u b’radd il-ħajr lil Alla. Jeħtieġ li naħsbu f’ħaddieħor ukoll. Inkunu favur...

X’ifisser is-salib?

Image
Ġesù biss iħabbeb il-midneb m’Alla. Hu waħdu s-Salvatur. Imma kif, b'liema mezz ġab ir-rikonċiljazzjoni? It-tweġiba tal-Iskrittura hi sorprendenti: "Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin. Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b'demmu, nsalvaw permezz tiegħu mill-korla t'Alla!"  (Rumani 5:8-9). Ħalli niffokaw fuq il-frażi ‘ġġustifikati b'demmu’. Il-Bibbja ssejjaħ ‘ġustifikati’ lil dawk li jemmnu fi Kristu, jiġifieri Alla jgħoddhom bħala ġusti u jeħlishom mill-kundanna. Din hi l-Aħbar it-Tajba! Kif jista’ Alla jqis lill-Insara ġusti ladarba mhumiex bla ħtija? Bħall-bnedmin kollha, min jaf kemm-il darba jiksru il-liġi t’Alla! Madankollu, minkejja li jibqgħu jiżbaljaw, Alla jiddikjarahom ġusti u jeħlishom minn kull kastig. Ladarba kisru l-liġi, ma kienx messu Alla jikkundannhom u jikkastigahom? Mhux hekk għandu jagħmel Alla biex ikun tassew Imħallef ġust u rett? Mhux biss, meta jgħid li ‘aħna ġġustifi...

X’jifridni minn Alla?

Image
X’iżomm il-bniedem milli jgawdi t-tjieba t’Alla? Għalfejn ħafna jibqgħu 'l bogħod minnu? L-Iskrittura tweġibna b’kelma waħda: id-dnub!  "Ħżunijietkom firdukom minn Alla tagħkom, u dnubietkom ħbewlu wiċċu minnkom" (Isaija 59:2). Id-dnub jifred il-bniedem minn Alla, issa u fl-eternità. Aħna l-bnedmin għandna obbligu nobdu u nweġġħu lill-Ħallieq tagħna. Wara kollox hu għamilna u qed iżommna ħajjin. Imma fil-fatt sikwit ninjorawh, nonqsuh u nisfidawh. Id-dnub jieħu forma ta’ azzjonijiet ħżiena bħal gideb, qtil, serq u żena. Id-dnub huwa wkoll attitudni fil-qalb bħall-għira, suppervja, kburija, rebgħa u ipokrezija. Hu x’inhu, kull dnub hu offiża kontra Alla, il-ksur tal-liġi tiegħu, u jġib fuqna toqol ta' ħtija u l-korla tiegħu. Għandna ħabta nċekknu d-dnub u nippretendu li m’aħniex daqshekk ħżiena. Alla jara l-azzjonijiet ħżiena kif ukoll l-attitudni mħassra moħbija f'qalbna. Min joqtol u jagħmel adulterju ħaqqu il-kundanna; imma Ġesù jgħidilna li daqshekk ieħ...

Min fejn se ngħaddi?

Image
Il-Mulej Ġesù qalilna x’għandu jkun l-iskop ta’ ħajjitna: "Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi." Li mmorru għand il-Missier - dan għandu jkun l-għan tagħna. Aħna maħluqin biex nagħrfu ‘l Alla, induqu l-imħabba ħelwa tiegħu u nitgħaxxqu bis-sbuħija tiegħu, issa u dejjem. Ġesù qalilna wkoll kif nilħqu l-iskop ta’ ħajjitna. "Jiena hu t-Triq." Nistgħu naslu għand il-Missier permezz tiegħu. Ġesù jinsisti li hu biss it-triq, li ħadd ma jmur għand il-Missier ħlief bih. Dan il-kliem ma jdoqqx f’widnejn is-soċjetà moderna. Ċertu wieħed ħassieb, Ramakrishna Paramahamsa, jesprimi l-idea popolari li bħalma bniedem jista’ jitla’ fuq il-bejt ta’ dar permezz ta’ sellum, taraġ jew ħabel, hekk ukoll hemm diversi toroq li jwasslu għand Alla, u kull reliġjon turi waħda minn dawn il-mezzi. Ramakrishna forsi jirnexxielu jitla’ fuq il-bejt bil-ħabel. Hemm fuq jiltaqa’ ma’ reliġjużi oħra li jaħsbuha bħalu, iżda m’Alla jiltaqa’? A...