Napuljun jitkellem maż-żiemel
Djalogu bejn l-Imperatur Napuljun Bonaparti u ż-żiemel tiegħu Marengo Miktub minn ibni John meta kellu 11-il sena N (Napuljun): Bonjour , Marengo. M (Marengo): Bongu, Imperatur Napuljun Bonaparti. N: Nispera li rqadt sewwa għax illum se nattakkaw ir-Renju ta’ Napli. M: Jien kieku irqadt sewwa ħafna, imma ma tantx għandi aptit niġġieled dalgħodu. N: Int tagħmel kif ngħdlek jien u daqshekk. M: Daqs kemm għandek Imperu kbir! N: Veru, l-imperu kbir ħafna, u wara din il-battalja se jkolli imperu akbar! M: Jaħasra Sidi, aħseb ftit kemm se jmutu nies, u kemm tfal se jispiċċaw mingħajr missier. N: Ma naħseb xejn. Jien kemm se jkolli imperu kbir biss naħseb. M: Iva, se jkollok imperu akbar, imma biex dan iseħħ se jmutu ħafna nies. N: Ħaqqhom għax huma jridu jiġġieldu kontra l-Kbir Napuljun. Lili ħadd ma jirbaħli. M: (minn taħt l-ilsien) : U mhux hekk tgħid! N: Ejja, daqshekk paroli, tlaqna nattakkaw. M: Kif tgħidli, Sidi. Ġimgħa wara ... N: Qed tara Marengo, irbaħtilhom. M...