Posts

Festi tal-Lhud - L-Ewwel Frott

Image
Il-festa tal-Ewwel Frott kienet taħbat fil-bidu tal-istaġun tal-ħsad. L-ewwel l-Għid, l-għada tibda l-Ażżmi, u fit-tielet jum l-Ewwel Frott. Il-Lhud ma kinux jieklu mill-ħsad ta’ dik is-sena qabel ma joffru l-ewwel frott lill-Mulej. Fil-festa kienu jieħdu qatta xgħir lill-qassis fit-Tempju, u dan kien ixejjirha quddiem il-Mulej. B’hekk kienu qed jirrikonoxxu li Alla pprovdielhom l-art u l-ikel għall-għixien tagħhom. Kienet festa ta’ gratitudni u ferħ. Bħal festi l-oħra tal-Lhud fil-Patt il-Qadim, il-festa tal-ewwel frott kienet dell tal-Messija li kellu jiġi. L-Appostlu Pawlu jikteb: “Kristu kien irxoxtat mill-imwiet, l-ewwel frott ta’ dawk li raqdu. Għax ladarba permezz ta’ bniedem ġiet il-mewt, permezz ta’ bniedem ukoll ġiet ir-resurrezzjoni tal-mejtin. Għax bħalma f’Adam kollha jmutu, hekk ukoll fil-Kristu kollha se jkunu magħmulin ħajjin. Imma kull wieħed fl-ordni tiegħu stess: Kristu l-ewwel frott, imbagħad dawk tal-Kristu fil-miġja tiegħu” (1 Korintin 15:20-23).
 Bħalma l-qatt

Il-Festi tal-Lhud: L-Ażżmi

Image
Il-festa tal-Ażżmi kienet it-tieni minn seba’ festi ta’ Iżrael. Jgħidulha hekk għaliex matulha l-Lhud kienu jieklu ħobż ażżmu, jiġifieri mingħajr ħmira, u kienu wkoll inaddfu d-dar minn kull nitfa ħmira. L-Ażżmi kienet marbuta mal-Għid. L-Għid kien jaħbat fl-14-il jum tal-ewwel xahar tal-Lhud; l-Ażżmi kienet tibda l-għada, il-ħmistax tax-xahar, u kienet iddum ġimgħa sħiħa. Kienet tfakkar il-fatt li l-Lhud tkeċċew mill-Eġittu, u ħarbu bl-għaġġla, u għalhekk ma kellhomx ħin biex jistennew l-għaġna togħla. Il-ħmira għandha wkoll tifsira simbolika. Ġesù jqabbel il-ħmira mad-dottrina falża u l-ipokrezija. L-appostlu Pawlu jxebbaħha mad-dnub. “Mhux tajjeb il-ftaħir tagħkom. Ma tafux illi ftit ħmira tħemmer l-għaġna kollha? Tnaddfu mill-ħmira l-qadima, sabiex tkunu għaġna ġdida, bħalma infatti intom ażżmi; għax tabilħaqq Kristu, l-Għid tagħna, kien issagrifikat. Għalhekk ħa niċċelebraw il-festa, mhux bil-ħmira l-qadima, lanqas bil-ħmira tal-malizzja u l-ħażen, iżda b’ħobż ażżmu ta

Il-Festi tal-Lhud: L-Għid

Image
L-festa tal-Għid kienet il-bidu tas-sena reliġjuża tal-Lhud. L-Għid kien it-tifkira annwali tal-ħelsien tagħhom mill-jasar fl-Eġittu (Esodu12:1; Levitiku 23:4-8), imma kien ukoll sinjal ta’ ħelsien akbar li Alla kellu jwettaq fil-futur, il-ħelsien mid-dnub u mill-ħaqq li ġej fl-aħħar taż-żminijiet. Fl-Għid il-Lhud kienu joqtlu u jieklu ħaruf biex ifakkru l-avveniment storiku ta’ żmien Mosè. “Il-ħaruf tagħkom ikun bla difett… lanqas tkisser għadma minnu… jieħdu ftit demm, u jxerrduh fuq il-ġnub u fuq il-blata tal-bibien tad-djar… malli nara d-demm jien naqbiżkom, u l-ebda ħsara ma tiġi fuqkom biex teqridkom, meta jien nidrob art l-Eġittu…” (Esodu12:5-13). Il-ħaruf kien xbieħa ta’ dak li kellu jiġi. Ġwanni l-Battista introduċa lil Ġesù bħala l-ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja (Ġwanni 1:29). L-Iskrittura tfakkarna li aħna konna mifdija mill-ħajja fiergħa tagħna bid-demm prezzjuż ta’ Kristu, bħala ħaruf bla għajb u bla tebgħa (1 Pietru 1:19). L-appostlu Pawlu jgħidilna li K

Lest biex tiltaqa' m'Alla?

Image
Il-Bibbja twissina li hu maqtugħ għall-bnedmin li jmutu darba biss, iżda wara jsir il-ġudizzju. X’se tkun is-sentenza tal-Imħallef Divin fuqek – se jsibek ġust jew ħati? Se jdaħħlek il-ġenna jew ikeċċik 'il bogħod minnu fl-infern? Forsi tgħidli, "Isma’, vera m’inix perfett imma lanqas ma jien xi bniedem ħażin, tafx!" Ġesù mhux hekk jaħsibha fuqna l-bnedmin: "M’hemm ħadd tajjeb ħlief wieħed, li hu Alla." Qalilna ċar u tond: "Intom ħżiena!" Mhux biss, il-Liġi t’Alla, bħal x-ray, tikxef il-qagħda reali ta’ ruħna. Ħalli l-Liġi tiflik, u ara jekk intix sewwa m’Alla jew le. Ġieli gdibt? Tgħidli, "Gdibt għall-bżonn u f’affarijiet żgħar." Kollox sew, imma jibqa’ il-fatt li għall-bżonn jew għalxejn, inti gdibt; fi ħwejjeġ kbar jew ħwejjeġ żgħar, inti gdibt. Min jigdeb Alla jsejjaħlu giddieb. Ġieli sraqt? Tgħidli, "Affarijiet zgħar." Fit-taxxa u l-VAT? Tgħidli, "Għamilt bħalma jagħmel kulħadd." Taħseb li Alla se jiskużak għax sraqt

Ġesù Jeħles lill-Poplu Tiegħu

Image
Sa minn tfuliti kont u għadni mmeraviljat b’dak li ġara fl-ewwel Milied. L-anġlu qal lil Ġuzeppi biex ma jibżax jieħu lil Marija b’martu għax dak li kien mnissel fiha kien mill-Ispirtu s-Santu. “Hi tiled iben,” qallu, “u int issemmih Ġesù għax hu jeħles il-poplu tiegħu minn dnubiethom.” L-Iben t’Alla – li kien minn dejjem mal-Missier u li bih kien maħluq kollox – sar bniedem, niżel mis-sema u ġie fid-dinja tagħna. Is-Sultan etern libes il-faqar u ġie fostna; it-tfajjel ta’ Betlehem huwa Emmanuel, Alla magħna! Ġesù ġie biex iwettaq missjoni li ħadd ħliefu ma seta’ jwettaq. Hu ġie biex JEĦLES lil poplu tiegħu minn dnubiethom. Għax aħna ksirna l-Liġi t’Alla, aħna ħatja quddiemu, u jistħoqqilna l-kastig u l-għadab tiegħu fl-infern. Imma Ġesù jeħles lill-poplu tiegħu mill-ħtija u mill-ħakma tad-dnub, mill-mewt, u mill-infern, u jħabbibhom m’Alla. Imma għal xi wħud Ġesù ma jiswa xejn għax hu jsalva biss lil dawk li huma tiegħu - hu jeħles lil poplu TIEGĦU, tgħid l-Iskrittura. Għalhekk ta’ mi

Kif jaħsbuha l-Maltin dwar il-mewt?

Image
Nofs il-Maltin jaħsbu li se jmorru l-ġenna wara li jmutu. Dan intwera minn studju riċenti mill-Università ta’ Malta. Tlett kwarti qalu li l-mewt teħlishom mill-uġigħ u s-sofferenza. Għalkemm il-maggoranza jammettu li l-mewt hi naturali u inevitabbli, xorta waħda l-ħsieb tal-mewt jqabbadhom ansjeta, u rari jaħsbu dwarha. Il-Mulej Ġesù jagħmel id-differenza kollha fl-attitudni tagħna lejn l-mewt. Hu ġie, tgħid l-Iskrittura, biex jeħlisna mill-biża’ tal-mewt. Il-Mulej jgħallimna li l-mewt mhix naturali. Il-mewt daħlet minħabba d-dnub, ir-ribelljoni tal-bniedem kontra l-Ħallieq. Jgħallimna wkoll li wara l-mewt fiżika se jkun hemm ġudizzju. Għal xi wħud il-ferħ u l-ħajja eterna; għal oħrajn il-kastig ta’ dejjem fl-infern. Ħadd minna ma ħaqqu l-ġenna, għax ilkoll dnibna kontra Alla. Imma Alla hekk ħabb lid-dinja li ta 'l Ibnu l-waħdieni, biex kull minn jemmen fih ma jintilifx iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Is-Sid kapaċi jeħlisna mill-biża’ tal-mewt għax Ġesù rebaħ fuqha. Ġesu qam! Ġesù

Il-Qawsalla

Image
Għajnejn l-artist jaraw is-sbuħija tagħha. Ix-xjentist jispjega kif id-dawl abjad jinfetaq f'seba' lwien. Għalina lkoll, il-qawsalla tissimbolizza l-fedeltà t’Alla; il-Mulej dejjem iżomm kelmtu. Wara d-dulluvju ta’ żmien Noè, Alla għamel din il-wegħda, “Jien nintrabat b’għaqda magħkom… (li ma jkunx) hemm dulluvju ieħor biex jgħarraq l-art… Qegħidt il-qawsalla tiegħi fis-sħab, u dan ikun għelm tal-għaqda bejni u bejn l-art” (Ġenesi 9:8-13). Alla jżomm kelmtu ma’ kulħadd, kemm ma dawk li jħobbuh, kif ukoll ma dawk li ma jridux jafu bih u bil-liġi tiegħu. Għalhekk l-appostlu Pietru jwissi bis-sħiħ lin-nies li jgħixu skont ix-xewqat ħżiena tagħhom. Huma jiddubbitaw il-wegħda tiegħu li għad jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq minn kulħadd. Huma jinsew li fl-imgħoddi Alla għarraq u qered id-dinja minħabba l-ħażen tal-bniedem. Madankollu l-appostlu jafferma li Alla ma jiddawwarx milli jwettaq il-wegħda tiegħu u jwissina dwar it-telfien tal-ħżiena. (Ara 2 Pietru 3:3-10). Għalhekk meta nħarsu

San Pietru u San Pawl

Image
Il-messaġġ li xandru elfejn sena ilu Pietru u Pawlu għadu relevanti għalina illum. Huma ħabbru l-evanġelju ta’ Kristu li bih nistgħu nkunu rikonċiljati m'Alla u niksbu l-għotja tal-ħajja ta' dejjem. Nagħmlu sew nerġgħu nisimgħuh fil-qawwa u s-safa tiegħu. Illum qed ngħixu f’soċjetà pluralista, kif wara kollox kienu jgħixu huma. X’kien il-messaġġ tagħhom għall-ġnus u għal ħuthom il-Lhud? Kienu jgħidulhom li minkejja r-reliġjonijiet diversi, kulħadd jista’ jilħaq ‘l Alla bil-mezzi tiegħu u jikseb is-salvazzjoni bl-isforzi sinċiera tiegħu? L-Appostlu Pietru stqarr li Ġesù huwa l-Kristu, Bin Alla l-ħaj. Ġesù ma kienx bniedem ordinajru. Ma kienx sempliċiment profeta ieħor. Ġesù huwa uniku. Il-missjoni tiegħu kienet unika. Għal Pietru l-Mulej Ġesù ma kienx wieħed mill-mezzi biex insalvaw. Lanqas ma kien biss l-aħjar mezz ta’ salvazzjoni. Ġesù hu l-uniku Salvatur. “F'ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandn

Il-Qrar

Image
X’kienet tkun tiswa għalina l-maħfra li l-Mulej Ġesù kiseb b’mewtu kieku l-ġrajja tas-salib baqgħet mistura? Għalhekk, meta deher lid-dixxipli wara l-qawmien, Ġesù afda f’idejhom il-missjoni biex, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, iwasslu l-ħniena t’Alla lid-dinja. Qalilhom: “Lil min taħfru d-dnubiet, jinħafrulhom, u lil min iżżommuhom, jinżammu” (Ġwanni 20:23). Il-Mulej, li waħdu jista’ jaħfer id-dnub, ta lid-dixxipli l-inkarigu biex jaħfru! Imma kif? X’kien ir-rwol tal-appostli u d-dixxipli f’din il-missjoni? It-tweġiba korretta ma nsibuhiex fl-opinjoni umana jew it-tradizzjoni, imma fil-Kelma t’Alla. L-istess Skrittura li tgħallimna li l-appostli kienu jafħru d-dnubiet, tgħidilna wkoll kif kienu jagħmlu dan. L-evanġelju skont San Luqa wkoll isemmi l-missjoni li Ġesù ħalla f’idejn l-appostli, imma jżid jgħidilna kif kellhom jaħfru. “Hekk hu miktub, u hekk kien jinħtieġ illi Kristu jbati, u li jqum mill-imwiet fit-tielet jum, u li l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu fost

Il-kont tad-dejn

Image
Meta nirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma npoġġi bilqegħda, niftaħ l-envelop u nlesti ruħi għas-sorpriża. Meta kont għadni ġuvni l-kont ma kienx jiġini daqshekk għoli. Forsi qed jiġi ogħla minħabba li issa għandi tlett itfal? S’issa t-tfal tgħallmu jużaw is-swiċċ biex jixgħelu id-dawl. Forsi xi darba jiskopru s-sigriet li l-istess swiċċ jista’ jintuża wkoll biex jitfu l-bozza qabel joħorġu mill-kamra. Insomma, sakemm il-kont jibqa’ fuq il-mejda, dak ifisser li għandi d-dejn mal-ARMS. Imma kif appena nħallsu bil-BOV app, naqbad il-karta, nqattagħha u narmiha fil-borża l-griża. Kelli kont ieħor, ħafna aktar iebes minn dan. Mhux miktub fuq karta imma fuq il-kuxjenza. Mhux il-kont ta’ xi servizz li għamilt użu minnu imma ta’ kull ċitazzjoni li qlajt kull darba li ksirt il-liġi tas-sema. Mhux kont li jitħallas bil-karti tal-ewro, imma jitħallas bit-telfien ta’ dejjem fl-infern. Ħsieb tal-biża’! Kemm huma sbieħ, mela, dawn il-kliem ta’ din l-Iskrittura! Isimgħu sewwa. “Alla ħafrilkom it-trasgre